Tuesday, April 23, 2024

AĠĠORNATA: Anzjana tweġġa’ serjament wara li waqgħet ftit aktar minn sular f’San Vinċenz

Aqra wkoll

Anzjana ddaħħlet l-Isptar wara li aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-7:30 a.m. waqgħet minn għoli fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul, f’Ħal Luqa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 92 sena, waqgħet għoli ta’ madwar sular u nofs minn tieqa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard l-anzjana ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca li fetħet inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport