Tuesday, April 23, 2024

BOV Super Cup Final – Hibernians għar-raba’ darba jew Floriana għat-tielet darba?

Aqra wkoll

Illum se  tintlagħab il-finali tal-BOV Super Cup bejn iċ-champions Hibernians u r-rebbieħa tal-IZIBET FA Trophy, Floriana. Din l-edizzjoni tista’ tabilħaqq titqies bħala waħda storika, hekk kif għall-ewwel darba, se tkun qed tintlagħab f’Għawdex.

Dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu darbtejn matul l-istorja ta’ din il-kompetizzjoni. L-edizzjoni 1993/94 intrebħet minn Hibernians bil-penalties wara li l-logħba spiċċat 2-2. Intant l-aħħar darba li dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu f’din il-kompetizzjoni, kien fl-edizzjoni 2016/17 meta Floriana rebħu 1-0.

Il-Malta FA ħabbret li l-allokazzjonijiet tal-istands għall-partitarji tat-timijiet rispettivi se jkunu kif ġej:

  • Side A – Hibernians
  • Side C – Floriana

Il-biljetti għall-club sides jistgħu jinxtraw biss mill-clubs rispettivi.

Il-partita tibda fl-4.00pm u l-bibien tal-ground jinfetħu fit-3.00pm.

Sport