Thursday, December 2, 2021

Fl-Indja: tarbija qed tirkupra tajjeb wara li nstabet f’katusa mill-qtates

Aqra wkoll

Tarbija ta’ ta’ ħamest ijiem qiegħda tirkupra tajjeb wara li ġiet salvata minn katusa li kienet tagħti għad-dranaġġ fil-belt ta’ Mumbai fl-Indja.

Tobba mill-Isptar ta’ Rajawadi kkonfermaw li t-tifla tinsab tajba u li huma kienu qegħdin isegwu mill-qrib il-kundizzjoni ta’ saħħitha.

Il-Pulizija qalu li r-residenti sabu liċ-ċkejkna wara li grupp ta’ qtates inġabru f’parti minn triq u bdew jingħu f’daqqa biex jiġbdu l-attenzjoni.

L-uffiċjali għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom biex jiskopru kif din it-tarbija spiċċat f’katusa. Minkejja li ma ħarġu bl-ebda spekulazzjoni dwar x’seta’ kien il-motiv wara dan il-każ, abbandun simili seħħ fil-passat u diversi investigazzjonijiet urew li r-raġuni kienet li fil-pajjiż tingħata preferenza lill-ulied maskili. Dan minħabba diskriminazzjoni f’soċjetajiet foqra li jaraw lin-nisa bħala xkiel finanzjarju.

Sport