Saturday, December 4, 2021

IL-JUM DINJI TAS-SAJD

Spalla ma’ Spalla mas-Sajjieda  

Alicia Bugeja Said
Kandidata Laburista

Aqra wkoll

Propju din il-ġimgħa, il-Ħadd 21 ta’ Novembru, id-dinja se tiċċelebra l-Jum Dinji tas-Sajd. Din il-ġurnata hi ddedikata lis-sajjieda u l-kommunitajiet tagħhom, il-pitkala, il-vendituri u dawk kollha li b’modi differenti jipparteċipaw fil-katina tas-suq tal-ħut. F’din il-ġurnata partikolari hu importanti li nfakkru s-sagrifiċċju u l-impenn illi dan is-settur jaffaċċja tul is-sena kollha, kemm minħabba elementi naturali bħalma huma l-maltemp fuq il-baħar u n-nuqqas ta’ qbid ta’ ħut illi wieħed jinnota minn żmien għal żmien. 

Bħala gżira, is-sajd f’Malta għandu storja ta’ eluf ta’ snin fejn il-bniedem żviluppa prattiċi man-natura sabiex jaqbad diversi speċi ta’ ħut għas-sostenn tiegħu. Maż-żmien, u bl-industrializzazzjoni tal-flotot fuq livell Ewropew, il-bastimenti tas-sajd żviluppaw b’modi li jagħmluha aktar faċli u effiċjenti li s-sajjied jaqbad is-sajda tiegħu. F’ċertu ċirkostanzi fil-Mediterran, dan wassal biex ikun hemm żbilanċ bejn l-ammont ta’ sajd li jsir u l-ammont ta’ ħut fil-baħar, u llum dan il-baħar qed jesperjenza waħda mill-akbar sfidi ta’ sostennibilità. 

Il-qabdiet ta’ pajjiżna jammonta għal 0.2% tal-qabdiet kollha fil-Mediterran, u għaldaqstant, il-miżuri li jiġu implimentati għandhom bżonn ikunu riflessi tar-realtajiet tal-pajjiż. Dan sabiex il-miżuri bħalma huma staġuni u riservi ikunu implimentanti b’mod ġust u li ma joħolqux problemi ta’ inġustizzja soċjo-ekonomika fuq is-setturi ta’ pajjiżna. Dan hu l-uniku mod kif gżiritna tista’ taċċerta sostennibilità tal-ibħra u reżiljenza tas-setturi, b’qafas regolatorju li hu msejjes fuq ir-realtajiet ta’ pajjiżna u l-ibħra li jiċċirkkondawh. 

Bħalissa għaddej dak li jissejjaħ Pjan ta’ Azzjoni għall-Mediterran kollu, pjan li beda fl-2018 sal-2028 b’diversi miri sabiex tigi assigurata s-sostennibilità tas-setturi tas-sajd fil-Mediterran, speċjalment dawk ta’ skala zgħira illi jużaw irkapti artiġjanali bħall-konzijiet, nassi, xkitti, u pariti, fost oħrajn. Il-Pjan, flimkien mal-miri tal-iżvilupp sostennibli tal-Ġnus Magħquda, jitolbu illi l-ebda sajjied ma jitħalla waħdu, għaliex is-sostennibilità tas-sajd tiddependi mill-istabbilità tal-kommunitajiet kollha. Mingħajr ħut ma jkollnix Sajjieda, u mingħajr Sajjieda ma jkollnix ħut. 

Sport