Wednesday, March 27, 2024

Jitneħħew l-istatwi fil-Birgu bħala prekawzjoni minħabba l-maltemp

Aqra wkoll

Hekk kif ninsabu fil-qofol tal-istaġun tal-festi, illum imiss li tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Lawrenz fil-Birgu. Għall-festa ta’ din is-sena, iżżanżnu sett ta’ pavaljuni ġodda li ttellgħu f’diversi toroq madwar il-lokalità.

Sfortunatament minħabba li kienet imsemmija x-xita, dan il-lejl iżżarmaw l-istatwi kollha bħala prekawzjoni. Il-grupp Kumitat Festi Esterni San Lawrenz – Il-Birgu talbu lil partitarji tagħhom biex illejla fl-aħħar tal-purċissjoni jingħaqdu flimkien sabiex fl-immedjat jiżżarma d-drapp kollu mill-aktar fis possibbli minħabba li qed tissemma maltempata mal-lejl.

Ilbieraħ filgħodu sar ukoll il-marċ tradizzjonali ta’ lejlet il-festa, fejn spikka l-briju u l-entużjażmu ta’ bosta li niżlu bi ħġarhom fit-toroq ewlenin tal-Birgu jiċċelebraw din l-okkażjoni tant speċjali għalihom. 

Il-parroċċa ta’ San Lawrenz tal-Birgu hi t-tieni l-eqdem parroċċa f’Malta wara dik tal-Imdina. Saret parroċċa fi żmien in-Normanni fl-1090 u fl-1820 saret Kolleġġjata. 

Ekonomija

Sport