Thursday, December 2, 2021

Jinżamm arrestat wara li ġie mixli bi traffikar ta’ 300 gramma kokaina

Aqra wkoll

Melvin Debono ta’ 30 sena minn Raħal Ġdid, magħruf bħala “l-Quws” baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat bi traffikar ta’ droga. 

Debono, li jaħdem bħala dealer tal-karozzi, ċaħad l-akkużi li kellu fil-pussess tiegħu 300 gramma kokaina. Huwa ġie mixli wkoll li kien riċediv. 

Fil-Qorti ħareġ li l-pulizija kellha informazzjoni kunfidenzjali li l-Erbgħa li għadda kien se jsir bejgħ ta’ droga bejn żewġ persuni. Il-Prosekuzzjoni qalet li wara li l-akkużat twaqqaf dan instab li kellu 300 gramma kokaina. 

Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, li iżda ġiet miċħuda mill-Qorti u b’hekk dan baqa’ jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Sport