Wednesday, April 24, 2024

Leroy Sane affettwat minn problema familjari

Aqra wkoll

Il-media Ġermaniża qed tirrapporta dwar il-wirjiet xejn tajbin li qed jipproduċi l-winger ta’ Bayern Munich Leroy Sane.

Fil-fatt il-kowċ il-ġdid Thomas Tuchel tkellem mal-plejer ta’ 27 sena dwar xi problemi li jista’ jkollu u ħareġ li ma jinsabx daqshekk kalm fil-preżent.

Fil-fatt mart Sane ma tistax tidra fi Munich tant li rritornat f’Manchester fejn tant drat u fejn żewġha kien jilgħab mac-City.

Sane qed ikollu jivjaġġa għall-perjodi qosra mill-Ingilterra għall-Ġermanja u dan kollu qed iġib fih għejja fiżika u mentali.

Sport