Sunday, December 5, 2021

Liverpool u Newcastle United isegwu Luis Diaz

Aqra wkoll

Liverpool u Newcastle United identifikaw lill-winger ta’ Porto, Luis Diaz bħala mira tat-trasferiment ta’ Jannar.

Minkejja li ż-żewġ clubs jinsabu fi truf opposti tal-klassifika tal-Premier League, il-Magpies issa għandhom il-qawwa finanzjarja biex iħabbtuha mal-aqwa timijiet fil-kampjonat.

Newcastle għandhom ambizzjonijiet li jiffirmaw lill-internazzjonali tal-Kolombja Diaz fin-nofs tal-istaġun.

Il-player ta’ 24 sena stabbilixxa ruħu bħala stilla għall-club u l-pajjiż, bil-playmaker skorja 11-il goal u pprovda żewġ assists bil-flokk ta’ Porto dan l-istaġun.

Jingħad ukoll li Liverpool għandhom interess fil-player li huwa stmat f’madwar £50 miljun mill-club Portugiż tiegħu.

Bi tlieta mill-erba’ players ta’ quddiem għandhom madwar 30 sena, Jurgen Klopp dalwaqt se jkollu jġedded l-għażliet tiegħu fl-attakk.

Sport