Wednesday, March 27, 2024

Luis Enrique jsir jaf bit-tqala ta’ bintu miċ-ċelebrazzjoni ta’ goal minn Ferran Torres?

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Spanja, Luis Enrique, reġa’ kien fl-aħbarijet, din id-darba minħabba kummenti li għadda fil-konfront ta’ Ferran Torres hekk kif ir-relazzjoni ta’ bejniethom tidher li qed titkisser b’mod gradwali.

Ftit tal-jiem ilu huwa ġibed l-attenzjoni  tal-media hekk kif żvela  dettalji tal-ħajja sesswa­li tiegħu bħala player.

Nhar il-Ġimgħa li għadda, dawwar il-kummenti tiegħu fuq l-attakkant ta’ Barcelona u Spanja, Torres.

Meta kien qed jitkellem fuq Twitch, huwa ġie mistoqsi biex jikkummenta dwar iċ-ċelebrazzjo­ni ‘chupete’ (meta player ipoġġi sebgħu l-kbir f’ħalqu) ta’ Torres wara li skorja doppetta fir-reb­ħa ta’ 7-0 fuq Costa Rica.

Huwa wieġeb: “Jekk Ferran Torres jiskorja goal, inkun kuntent ħafna ovvjament. Iżda jekk waqt iċ-ċelebrazzjoni tiegħu jagħmel iċ-’chupete’ naqilgħu mill-ground f’dak il-mument stess … nordnalu biex jmur bilqiegħda fl-istands … u qatt ma jerġa’ jirfes fuq il-pitch mat-team nazzjonali sakemm indum coach jien.”

Din hija tip ta’ ċelebrazzjoni li tradizzjonalment hija ddedikata lin-nisa tal-players meta jkunu qed jistennew tarbija.

Barra minn hekk, fi Spanja kollha issa huwa sigriet magħruf li Torres jinsab f’relazzjoni ma’ Sira Martinez, it-tifla ta’ Luis Enrique.

Filwaqt li Torres ikkummenta li hu u ‘Lucho’ kienu jafu jisseparaw il-ħajja personali u dik professjonali tagħhom, il-coach ta’ Spanja għamel il-ħsibijiet tiegħu ċari li jkun irrabjat u diżappuntat ferm li kieku kellu jkun jaf bit-tqala ta’ bintu minħabba ċelebrazzjoni ta’ goal!!

Ekonomija

Sport