Friday, April 19, 2024

Mara tinqabad fil-fatt tisraq minn vann fi Gwardamanġa

Aqra wkoll

Il-Pulizija arrestat mara li nqabdet fil-fatt tipprova tisraq minn vann fi Triq San Luqa fi Gwardamanġa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:00 a.m meta raġel li kien qiegħed iqassam xi xogħol qabal lill-mara tipprova tisraqlu xi oġġetti mill-vann tax-xogħol.

Fuq il-post waslu l-pulizija li arrestaw lill-mara li ttieħdet l-għassa fejn nifhmu li sar rapport u l-mara kellha tiġi interrogata.

Sport