Marzia Calleja Maatouk se tkun qiegħda tingħata l-aħħar tislima għada.
Hija kienet maħruba minn Malta flimkien mar-raġel tagħha, Jomic Calleja Maatook. It-tnejn li huma kienu sabu ruħhom fuq il-lista tal-iktar persuni mfittxija fl-Ewropa. Filwaqt li r-raġel kien ġie arrestat, it-tfajla kienet nstabet bla ħajja fil-Libja f’Mejju li għadda.
Il-funeral tagħha se jsir għada fit-8:00 a.m fil-Knisja ta’ Ħaż-Żebbuġ. F’kitba fuq il-midja ħuha appella lil min se jattendi biex jilbes ir-roża u qal li fl-aħħar mill-aħħar kien il-kulur favorit tagħha.