Saturday, December 4, 2021

Pierre-Emerick Aubameyang dubjuż għal kontra Liverpool

Aqra wkoll

Arsenal jinsabu mħassba dwar injury tal-captain Pierre-Emerick Aubameyang qabel il-konfront tas-Sibt fil-Premier League kontra Liverpool.

L-internazzjonali tal-Gabon skorja l-goal rebbieħ għat-team tiegħu fil-konfront tal-Ġimgħa ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Libja qabel kien sfurzat joħroġ barra mill-ground fuq stretcher.

Madankollu, ħarġu videos fuq il-media soċjali ta’ Aubameyang jiċċelebra r-rebħa tat-team tiegħu fid-dressing room, li donnhom itaffu kwalunkwe biżá ta’ injury fit-tul.

Madankollu, il-player ta’ 32 sena ma setax jilgħab fit-telfa ta’ 2-1 kontra l-Eġittu ta’ nhar it-Tlieta minħabba l-injury, li tħalli lil Arsenal imħassba minħabba l-kundizzjoni tiegħu għall-partita tas-Sibt f’Anfield.

L-injury ta’ Aubameyang mhix maħsuba li hija xi ħaġa gravi wisq fil-preżent, iżda qam tħassib fost il-partitarji ta’ Arsenal qabel il-partita kontra Liverpool.

L-ex player ta’ Borussia Dortmund skorja seba’ goals u pprovda żewġ assists fi 11-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun, b’erbgħa minn dawn il-goals jaslu proprju fil-Premier League.

Sport