Tuesday, November 30, 2021

Pittura minn artista mill-Amerika Latina tinbiegħ għall-prezz rekord ta’ $34.9 miljun

Aqra wkoll

Pittura mill-artista Mes­sikana Frida Kahlo nbiegħet fi rkant ġewwa New York għall-prezz rekord ta’ $34.9 miljun. Dan huwa l-ogħla prezz qatt imħallas għal pittura ta’ artist mill-Amerika Latina. Ir-rekord preċedenti kien ta’ $9.76 miljun li kienu tħallsu għal pittura ta’ Diego Rivera fl-2018. Frida u Diego kienu miżżewġin u kellhom relazzjoni tista’ tgħid turbolenti.  

Il-pittura mibjugħa għa­ndha l-isem ta’ “Diego y Yo” u hija waħda mill-aħħar  awtopitturi li għamlet Kahlo. Din il-pittura kienet des­kritta bħala “waħda mill-iktar biċċiet xogħol importanti ta’ Frida Kahlo li qatt marret għall-irkant.”

Sport