Wednesday, April 24, 2024

AĠĠORNAT: Raġel iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn mutur f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum għall-ħabta tat-8:00 a.m. intlaqat minn mutur fi Triq Villa Abate f’Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 67 sena minn Ħaż-Żabbar intlaqat minn mutur misjuq minn raġel ta’ 36 sena minn Ħaż-Żabbar ukoll.

Ir-raġel ta’ 67 sena ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku mill-Isptar Mater Dei sakemm aktar tard seta’ jittieħed lejn l-Isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport