Tuesday, April 23, 2024

Rapporti jsostnu li Cristiano Ronaldo kien lest li jitlaq mill-iskwadra Portugiża 

Aqra wkoll

Rapporti mill-kamp tal-Portugall qed isostnu li Cristiano Ronaldo kien lest li jitlaq mill-iskwadra li bħalissa qed tipprepara biex tilgħab kontra l-Marokk fil-kwarti-finali tat-Tazza tad-Dinja. 

L-eks player ta’ Manchester United kien ostaklu għat-tħejjijiet tal-coach Fernando Santos sa mill-bidu ta’ dan it-tournament … u l-prestazzjonijiet ħżiena tiegħu flimkien mal-problemi ta’ attitudni tiegħu stess fil-kamp tagħhom, wasslu għal tensjoni kbira bejnu u bejn Santos. 

Il-media Portugiża żvelat kif Ronaldo kien lest li jippakkja l-bagalji tiegħu u jitlaq mill-iskwadra wara li kellu laqgħa taħraq mal-coach wara li sar jaf li ma kien se jkun inkluż fil-logħba mir-round tal-Aħħar 16 kontra l-Isvizzera li fiha l-Portugiżi ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-1. Kien fl-aħħar kwarta li huwa ġie utilizzat meta ssostitwixxa lil Joao Felix. 

Aktar minn hekk, Goncalo Ramos, il-player li lagħab minflok Ronaldo, ma setax kellu bidu aħjar meta rreġistra hat-trick. 

Sport