Saturday, December 4, 2021

Real Madrid isegwu lill-winger ta’ River Plate, Julian Alvarez

Aqra wkoll

Real Madrid qed isegwu kwalunkwe żviluppi rigward il-futur tal-winger ta’ River Plate, Julian Alvarez.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena kien rivelazzjoni fl-ogħla diviżjoni tal-Arġentina dan l-istaġun, billi skorja 15-il goal u pprovda ħames assist minn 16-il dehra biss.

Alvarez stabbilixxa ruħu wkoll bħala membru tal-iskwadra tat-team nazzjonali tiegħu, rikonoxximent li wassal għal interess minn diversi clubs Ewropej.

Fi żmien meta clubs bħal Aston Villa, Tottenham Hotspur u AC Milan jingħad li huma ħerqana għall-firma tal-attakkant, Real Madrid jistgħu dalwaqt jidħlu fit-tellieqa għall-firma tiegħu.

Alvarez mhuwiex barrani għal Los Blancos li qatta’ żmien qasir jitħarreġ mal-akkademja tal-club bħala adoloxxenti.

Jingħad li l-klawsola tar-release tal-player hija ta’ madwar £21 miljun, filwaqt li l-kuntratt tiegħu jibqa’ għaddej sal-aħħar tal-2022.

Sport