Wednesday, March 27, 2024

Iweġġa’ gravi s-sewwieq tal-mutur involut fl-inċident f’Santa Venera

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur iddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tat-8:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali f’Santa Venera.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Kawasaki Ninja misjuqa minn raġel ta’ 37 sena minn Ħal Kirkop u karozza tal-għamla Mazda 2 misjuqa minn raġel ta’ 33 sena minn Ħaż-Żebbuġ.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport