Saturday, November 27, 2021

Studenti Maltin jagħmlu ġieħ lil Malta fiċ-Ċina

Aqra wkoll

Żewġ studenti żgħażagħ Maltin f’Ottubru li għadda għamlu ġieħ lil Malta fiċ-Ċina billi rebħu l-award imsejjaħ Chinese Guangdong regional prize mogħti mill-GD Youth Link.

Il-parteċipazzjoni taż-żewġ studenti Maltin, Neil Schmebri ta’ 14-il sena u Hailey Schembri ta’ 13-il-sena saret possibbli permezz tal-eks-ministru u president attwali tal-Għaqda Ħbiberija Malta-Cina, Reno Calleja.

Il-proġett li ssottomettew l-istudenti Maltin inkwadra r-relazzjoni twil ta’ ħbiberija u r-rabtiet kostanti bejn iż-żewġ pajjiżi.

Fit-tpinġija tagħhom, iż-żewġ zgħażagħ Maltin, li ħadmu taħt is-superviżjoni tal-għalliem Martin Azzopardi, fundatur tas-Science China fil-Kulleġġ Santa Margerita, inkludew tliet stejjer relatati mat-tema tal-kompetizzjoni .

F’din kompetizzjoni pparteċipaw rappreżentanti minn 13-il pajjiż differenti.

Sport