Thursday, December 2, 2021

Tennis: Muguruza tirbaħ il-finali tal-WTA

Aqra wkoll

Garbine Muguruza għelbet lil Anett Kontaveit biex rebħet l-10 titlu tal-karriera tagħha tal-WTA Finals li saru fi Guadalajara, il-Messiku, u b’hekk saret l-ewwel Spanjola li rebħet t-tournament l-aktar prestiġjuż ta’ għeluq l-istaġun.

Is-seed numru 6 għelbet lil dik numru 8, Kontaveit tal-Estonja, 6-3 7-5, biex ħadet it-tielet u l-akbar titlu tas-sena tard nhar l-Erbgħa filgħaxija quddiem folla eċċitata. Muguruza ssieltet lura minn break minn taħt fit-tieni set, meta rebħet l-aħħar erba’ logħbiet tal-konfront.

Muguruza hija l-ewwel Spanjola li reb­ħet it-titlu tas-singles tal-WTA Finals fl-istorja tal-avveniment. 

Qabel, l-ex numru wieħed tad-dinja, Arantxa Sanchez Vicario, kienet l-unika player Spanjola li waslet sal-finali, iżda spiċċat bħala runner-up meta fl-1993 ir-rebbieħa kienet il-Ġermaniża Steffi Graf.

L-ex numru wieħed tad-dinja, Muguruza, hija l-unika player li għeleb lil Konta­veit fl-aħħar xahar – u għamlet dan darb­tejn din il-ġimgħa. Hija temmet is-sensiela ta’ 12-il logħba rebbieħa tal-Estonjana fl-istadju tal-gruppi tat-tournament, u rrepetiet l-bravura fil-finali. 

Hija s-seba’ darba fl-istorja tal-WTA Finals li players li kienu fl-istess grupp, iltaqgħu wkoll fil-logħba finali.

Kienet finali xierqa għall-aħħar partita tal-istaġun fil-livell tat-tour, hekk kif Kontaveit u Muguruza jikklassifikaw l-ew­wel u t-tieni fir-rebħiet fuq wiċċ iebes dan l-istaġun, b’39 u 35 rispettivament. 

Iżda din id-darba Muguruza kienet kapaċi tirbaħ f’siegħa u 38 minuta, u fl-is tess ħin tejbet il-konfronti ta’ bejniethom għal 4-2.

Muguruza, champion darbtejn tal-Grand Slam, issa hija pproġettata li titla’ fil-post numru 3 fir-rankings tad-dinja ta’ tmiem l-istaġun. Din se tkun l-aqwa prestazzjoni tagħha ta’ tmiem is-sena mindu fl-2017 spiċċat fin-numru 2. Għall-isforzi tagħha, Kontaveit hija mbassra li se tokkupa l-għola post tal-karriera tagħha, in-numru 7.

Sport