Thursday, April 18, 2024

Tifla ta’ għaxar snin tibqa’ ħajja f’kesħa ta’ -11°C billi tgħannaq kelb

Aqra wkoll

Tifla ta’ għaxar snin b’xorti t-tajba rnexxielha ssalva f’kesħa ta’ -11°C billi tgħannaq kelb għas-sħana.

Viktoria Zarbina ntilfet f’maltempata tas-silġ waqt li kienet miexja d-dar mill-iskola fir-Russja.

Minnufih bdiet tfittxija intensiva mill-pulizija, uffiċjali u voluntiera, iżda minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp u viżibilità ħażina, għall-bidu din ma bdietx tħalli r-riżultati tagħha. Minkejja li kienu fittxew kull tip ta’ djar, btieħi u sqaqien, it-tifla ma kienet tidher imkien u t-tama li tinstab bdiet xi ftit jew ieħor tonqos.

Iżda ftit wara kien hemm żvilupp. B’xorti t-tajba kien hemm persuna li ftakret li kienet rat lit-tifla tilgħab ma’ kelb waħdu ħdejn bini ta’ appartament antik.

B’xorti tajba, it-tfittxija waslet għal tmiem sabiħ meta, fis-7.30 ta’ filgħodu tal-ġurnata ta’ wara, madwar 18-il siegħa wara li kienet nieqsa, Viktoria nstabet mgħannqa mal-istess kelb fuq saqqu taħt gallarija. Hija ttieħdet l-isptar, iżda kieneet meqjusa tajba biżżejjed biex toħroġ l-għada.

Voluntier li tkellem ma’ ġurnal Russu qal li l-fatt li t-tifla baqgħet ħajja f’temp bħal dak huwa tassew miraklu.

Ekonomija

Sport