Thursday, December 2, 2021

TTD 2022 – L-Arġentina kkwalifikati wkoll

Aqra wkoll

L-Arġentina saru t-tieni team mill-CONMEBOL li qata’ l-passaġġ għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2022 meta f’darhom temmew fi draw ta’ bla goals kontra l-Brażil li kienu di­ġá kwalifikati.  

F’din il-partita l-Arġentina kienu fortunati li ma kellhomx lil Nicolas Otamendi mkeċċi wara li ta daqqa ta’ minkeb lil Raphinha. 

L-Ekwador telgħu fit-tielet post tal-klassifika b’reb­ħa ta’ 2-0 kontra ċ-Ċilí li kellhom lil Arturo Vidal (13) imkeċċi. Il-goals waslu minn Pervis Estupinan (9) u Moises Caicedo (91). 

Il-Kolumbja u l-Paragwaj spiċċaw fi draw ta’ 0-0, dawn tal-aħħar ikollhom lil Adrian Cubas (85) imkeċċi. 

Il-Perú marru l-Venez­wela u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers ikunu Gianluca Lapadula (18) u Christian Cueva (65) filwaqt li Darwin Machis (52) skorja għat-team ospitu. 

Il-Bolivja rreġistraw sorpriża b’rebħa ta’ 3-0 fuq l-Urugwaj li ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jikkwalifikaw. 

Il-goals tagħhom ġew skorjati minn Juan Carlos Arce (30, 79) u Marcelo Moreno (45) li falla wkoll penalty fit-62 minuta. Il- Bolivjani spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċielhom Carmelo Algaranaz (74).  

Sport