Saturday, December 4, 2021

Xavi ħerqan li jakkwista lill-attakkant ta’ Al-Sadd, Baghdad Bounedjah

Aqra wkoll

Il-manager il-ġdid ta’ Barcelona Xavi huwa ħerqan li jġib lill-attakkant ta’ Al-Sadd Baghdad Bounedjah mal-club f’Jannar.

Il-Blaugrana ffaċċjaw diversi kriżijiet ta’ injury fl-attakk dan l-istaġun, b’Martin Braithwaite u Sergio Aguero jnaqqsu l-għażliet ta’ Xavi f’dan id-dipartiment.

Barcelona għalhekk mistennija jfittxu rinforzi fl-attakk fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, b’Karim Adeyemi u Pierre-Emerick Aubameyang it-tnejn jissemmew bħala miri possibbli.

Issa, Xavi tefa’ wkoll għajnejh fuq rijunjoni ma’ Bounedjah ta’ Al-Sadd, li għandu rekord inkredibbli mat-tem mill-Qatar.

L-internazzjonali Alġerin skorja 159 goal u pprovda 44 assist f’153 logħba għal Al-Sadd, kif ukoll skorja 22 darba f’49 dehra għal pajjiżu.

Bounedjah spiċċa bħala l-aqwa skorer fil-Qatar Stars League 2020-21 b’21 goal, u l-ftehim tiegħu mal-ex team ta’ Xavi għandu jiskadi fl-2024.

Sport