Thursday, December 2, 2021

Zinedine Zidane interessat li jieħu t-tmexxija ta’ Manchester United

Aqra wkoll

Ir-Red Devils s’issa żammew fiduċjużi f’Ole Gunnar Solskjaer, iżda l-futur tan-Norveġiż fit-tmun tal-club minn Old Trafford għadu ‘l bogħod milli jkun sigur.

Zidane huwa wieħed minn bosta ismijiet li ġew marbuta mar-rwol tar-Red Devils jekk Solskjaer jingħata jitneħħa, għalkemm il-coach ta’ 49 sena kien inizjalment irrappurtat li kien jxitieq isir il-coach tat-team nazzjonali ta’ Franza.

Madankollu, Zidane qed tħeġġu l-idea li jmexxi lil Man United, hekk kif il-Franċiż jidher li jogħġbu l-prospett li jerġa’ jingħaqad ma’ Cristiano Ronaldo u Raphael Varane.

Madankollu, il-mara ta’ Zidane, Veronique Zidane, għandha riżervi fuq il-ħajja f’Manchester, u tippreferi tara lill-ex manager ta’ Real jibqa’ barra mil-logħba għal ftit ieħor.

Zidane rebaħ tliet titli taċ-Champions League u żewġ kampjonati tal-La Liga f’żewġ perjodi separati ma’ Real Madrid qabel ma ħalla l-kariga tiegħu fi tmiem l-istaġun 2020-21.

Sport