Tuesday, November 26, 2024

10 avvenimenti ta’ temp estrem ikkawżaw ħsara ta’ $15-il biljun matul l-2021

Aqra wkoll

Avvenimenti estremi ta’ temp – li għandhom rabtiet mat-tibdil fil-klima – ġabu miżerja lil miljuni ta’ persuni madwar id-dinja matul din is-sena li waslet biex tispiċċa.

Dan intqal fi studju li ġie ppubblikat mill-għaqda karitattiva Christian Aid fejn f’dan ir-rapport ġew identifikati għaxar avvenimenti estremi ta’ temp li kull wieħed minn dawn ikkawża xejn inqas minn $1.5 biljun fi ħsara. L-ikbar ammonti ta’ ħsara kienu rreġistrati waqt l-Uragan Ida li laqat lill-Istati Uniti f’Awwissu li għadda u l-għargħar li kien hemm fl-Ewropa f’Lulju li għadda. Imbagħad f’reġjuni foqra, l-għargħar u l-meltempati kienu responsabbli għall-ispostament ta’ miljuni ta’ persuni u dan ġab miegħu sofferenzi kbar. 

Mhux kull avveniment naturali huwa kkawżat minħabba t-tibdil fil-klima, iżda dan l-aħħar ix-xjentisti qegħdin jesploraw iktar fil-fond il-konnessjoni ta’ bejniethom. 

Dr Friederike Otto, li huwa riċerkatur influwenti ħafna, iktar kmieni kien is-sena kien qal li kull mewġa ta’ sħana li qiegħda sseħħ madwar id-dinja qiegħda ssir “iktar probabbli u iktar intensa” minħabba t-tibdil fil-klima kawża tal-intervent uman. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ maltempati u uragani, l-evidenza ta’ konnessjoni diretta mat-tibdil fil-klima qiegħda kulma jmur tikber. Dwar dan diversi riċerkaturi huma tal-fehma li l-attivitajiet tal-bniedem qed jikkontribwixxu għall-intensità ta’ dawn il-fenomeni. 

Sport