Mill-1,314-il swab test li saru matul l-aħħar 24 siegħa, irriżultaw għaxar każi ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19.
Dan wassal biex il-każi attivi issa telgħu għal 150 każ.
Mill-każi rapportati llum, kien hemm sitta li jifformaw parti mill-cluster marbuta mal-festa ta’ Santa Venera, filwaqt li l-każi l-oħrajn huma sporadiċi.
L-awtoritajiet għas-Saħħa qalu li kważi l-każi kollha rapportati llum ma kinux qed jattendu x-xogħol waqt li kienu sintomatiċi.