Friday, December 20, 2024

10 każi ġodda ta’ Covid-19 u jfiqu 18 oħra

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet ħabbru li fl-aħħar sigħat kienu rreġistrati 10 każi ġodda ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 18 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. 

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li dan ifisser li l-ammont ta’ persuni li bħalissa għandhom il-Coronavirus f’pajjiżna huwa ta’ 271.

In-numru ta’ mwiet baqa’ ta’ 459 wara li bejn is-Sibt u l-Ħadd ma kienet irrappurtata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.

Bħalissa hemm 11-il persuna rikoverati fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Coronavirus, b’persuna minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 852,233 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 32,904 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport