Thursday, December 26, 2024

10 miżuri fl-aħħar ġimgħat jikkonfermaw l-investiment tal-gvern fin-nies

Aqra wkoll

“Il-Gvern se jkompli jmexxi b’politika li tgħin lin-nies u għalhekk mhux se jmur għall-awsterità iżda se jkompli jinvesti u jkun ta’ sostenn għan-nies”. Din kienet dikjarazzjoni ċara li ta l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela f’intervista li kellu fil-ġimgħat li għaddew.

Dakinhar il-Prim Ministru kien qal li rridu nimxu minn kunċett ta’ tkabbir tal-ekonomija għal wieħed ta’ tisħiħ tal-ekonomija. Fi kliem ieħor, mhux aktar kemm jiżdiedu l-impjiegi, imma dwar kemm jirnexxilna ntejbu l-karrieri. Irrimarka li ma rridux inħarsu biss lejn tkabbir ta’ settur imma dwar qabża ta’ kwalità fil-produzzjoni u l-istess dwar il-familji.

“Mhux aktar kemm żdied id-dħul tal-familja, imma kemm din il-familja tista’ tgawdi d-dħul tagħha. Il-Prim Ministru kien qal li f’din id-direzzjoni l-gvern diġà kien beda jieħu direzzjonijiet u deċiżjonijiet ċari li jridu jittieħdu wkoll b’pass aktar mgħaġġel”, kien sostna l-Prim Ministru Robert Abela.

Intant, xhieda ta’ dan fl-aħħar sigħat saret referenza għal 10 miżuri li daħlu fis-seħħ fl-aħħar ġimgħat li huma xhieda ta’ dak li l-gvern permezz tal-ministeri rispettivi tiegħu kien qiegħed jaħdem fuqhom biex ikun jista’ verament jattwa dak li kien qiegħed jitkellem dwaru l-Prim Ministru.

Liġi ġdida tal-OHSA 

Skont kif wiegħed il-gvern f’inizjattivi immedjati li ħabbar dakinhar tal-pubblikazzjoni tal-inkjesta Jean Paul Sofia, sa qabel is-sajf il-parlament approva unanimament liġi ġdida tal-OHSA li se tipproteġi lill-ħaddiema fuq kull xogħol. Din il-liġi l-ġdida se tkun qiegħda taġġorna għal realtajiet ġodda li żviluppaw matul dawn l-aħħar 20 sena minn meta twaqqfet l-liġi preċedenti u se tkun saħansitra f’pożizzjoni li taġġorna għal realtajiet li għad jistgħu jiżviluppaw fiż-żmien li ġej.  Fost affarijiet oħra l-liġi tinkludi persuni li jaħdmu f’realtajiet ġodda bħalma huma teleworking u se tkun qiegħda taġġorna b’pieni aktar effettivi.

Investiment fil-familji u wliedhom

Sar investiment ta’  €290,000 f’574 familja li wliedhom baqgħu jistudjaw wara l-edukazzjoni sekondarja.

Din l-inizjattiva tgħin lill-familji kollha iżda qiegħda tasal l-iktar għand il-familji fil-klassi medja. Il-Prim Ministru mal-ewwel għotjiet kien qal li din il-miżura trid tidħol fit-tessut soċjali tal-pajjiż kif daħlu miżuri oħrajn fosthom iċ-children’s allowance u ċ-childcare b’xejn.

Hija miżura mmirata biex tagħti sostenn lill-familji bit-tfal u tinċentivahom biex ikomplu jistudjaw wara l-edukazzjoni sekondarja. L-enfasi hija fuq l-importanza li l-istudenti jkomplu dan il-kors post-edukattiv u l-benefiċċju hu mmirat proprju biex jgħin lil dawn il-familji fil-bidu ta’ dan il-kors post-edukattiv tagħhom.

Din hija wegħda oħra mill-manifest elettorali li qiegħda titwettaq.

L-ewwel pajjiż li traspona d-direttiva tal-Anti-SLAPP tal-UE 

Pajjiżna hu l-ewwel wieħed li ttraspona d-Direttiva Anti-SLAPP tal-Unjoni Ewropea, li trażżan il-possibbiltà li jinfetħu numru ta’ kawżi legali varji fuq l-istess suġġett fil-konfront ta’ xi ħadd, inkluż kumpaniji jew kmamar tal-aħbarijiet u l-ġurnalisti individwali, bil-għan li jitolbu għal spejjeż kbar biex isikktu rapporti fil-midja, fost l-oħrajn. 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard, saħaq li din id-direttiva waslet wara numru ta’ diskussjonijiet fuq livell Ewropew fejn il-Gvern Malti kien attiv bil-kontribut f’diversi laqgħat, inkluż fil-Kunsill tal-Ministri.  

Attard tenna li, konsistentement, il-Gvern appella biex din id-direttiva tkun waħda ambizzjuża u li tibqa’ leali lejn il-proposta tal-Kummissjoni u li ma tiddgħajjifx fil-proċess tal-istess negozjati. 

Investment fil-pazjenti tal-kanċer

Minn dan ix-xahar, pazjenti morda bil-kanċer bdew jirċievu radjoterapija avvanzata b’investiment f’teknoloġija MR Linac.

Fl-aħħar ġimgħat bdiet tintuża din it-teknoloġija tal-MR Linac fuq l-ewwel pazjenti fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
Fost l-ewwel pazjenti kien hemm tliet pazjenti li jbatu bil-kanċer tal-prostata, li minnufih bdew jirċievu dan it-trattament b’suċċess. Il-kanċer tal-prostata hija marda relattivament komuni f’pajjiżna, u sa mill-ewwel jiem ta’ dawn is-servizz il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva ħeġġeġ lill-irġiel kollha li jekk jinnutaw xi problemi relatati mas-sistema urinarja, għandhom minnufih jirrikorru għal parir mediku.

Aktar investiment fl-industrija tal-films

Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, tħabbret l-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen — fond li joffri appoġġ għall-industrija indiġena tal-films. 

B’investiment ta’ miljun ewro, il-Kunsill Malti għall-Arti nieda dan il-fond, li hu maqsum f’ħames fergħat: il-kitba tal-iskripts, l-iżvilupp, films qosra, produzzjoni ta’ films twal u programmi kulturali.  

L-applikanti jridu jkunu entitajiet awdjoviżwali indipendenti u għandhom sa nofsinhar tal-24 ta’ Settembru biex japplikaw għal kwalunkwe minn dawn il-fergħat, bir-riżultati jitħabbru fil-21 u t-22 ta’ Novembru li ġej. 

Akkomodazzjoni aħjar lil aktar familji

Fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes inawgura proġett t’akkomodazzjoni soċjali ġdid fil-Qrendi.

Il-binja se tipprovdi residenza lil 26 familja b’investiment ta’ ftit inqas minn 4 miljun ewro, li jkompli jipprovdi saqaf sikur, iżda ukoll ambjent dinjituż lill-familji, fil-qalba tal-komunitajiet tagħna. 

Fost xogħlijiet oħra li jinsabu għaddejjin f’dan il-qasam, aktar kmieni dan ix-xahar tħabbar l-proġett t’akkomodazzjoni soċjali f’Wied il-Knejjes Ħal Luqa li se jkun qiegħed jiġi imsemmi għall-eks Ministru tad-Djar, il-mibki Dr. Joe Brincat. Dan il-proġett li se jkun qiegħed jammonta għal 46 appartament ġdid t’akkomodazzjoni soċjali, se jkun inawgurat fix-xhur li ġejjin.

Ftehim Settorjali għall-edukaturi 

Wara xhur sħaħ ta’ negozjati intensivi, il-Gvern u l-Union tal-Għalliema (MUT) iffirmaw ftehim settorjali għal 12,000 edukatur li fost oħrajn se jwassal għal żidiet sostanzjali għall-gradi kollha bl-arretrati minn Jannar tas-sena li għaddiet.

Dan il-ftehim kien deskritt mill-Prim Ministru bħala l-aqwa ftehim settorjali bl-akbar żidiet li qatt ingħataw lill-għalliem filwaqt li l-President tal-MUT Marco Bonnici qal li l-għalliema issa jistgħu jipprogressa sal-ogħla grad f’perjodu ħafna iqsar minn qabel. 

Il-ftehim jipprovdi wkoll €1,000 ta’ darba għal kull edukatur u għall-ewwel darba l-LSE’s se jieħdu allowance ta’ €2,000 kull sena wara 20 sena servizz.

Inawgurat il-proġett tax-shore-to-ship

Tlesta l-proġett tax-shore-to-ship fil-Port il-Kbir, li jfisser tnaqqis drastiku ta’ 90% tat-tniġġis iġġenerat minn vapuri li jidħlu fil-Port il-Kbir. Dan se jkun qiegħed inaqqas fl-istorbju u tnaqqis ta’ 40 fil-mija fil-gassijiet serra tad-dijossidu tal-karbonju. 

Dan hekk kif il-vapuri se jibdew jitfu l-magni u l-generators tagħhom fil-ħin li jkunu sorġuti fil-Port.

Dan il-proġett li sar b’investiment ta’ €33 miljun fodi Ewropej huwa konferma ta’ kemm il-pajjiż qed juri li hu tassew ‘leader’ fid-dinja fil-prattiċi marittimi sostenibili.

Helpline ġdid 138

Fl-aħħar ġimgħat twaqqaf ukoll il-helpline l-ġdid 138 disponibbli 24/7 għal dak kollu relatat mas-Saħħa u s-Sigurtà u l-Kostruzzjoni.

Dan huwa servizz ċentralizzat li se jkun qiegħed jgħaqqad liż-żewġ awtoritajiet rispettivi flimkien ma’ Servizz.gov li wara sensiela ta’ laqgħat ġew imħarrġa numru ta’ aġenti li se jkunu qegħdin ikomplu jtejbu l-effiċjenza għal dawk li jċemplu fuq dan il-helpline.

Aktar spazji miftuħa għaċ-ċittadini

Ġew ippubblikati d-disinji għall-proġett ta’ rijabilitazzjoni ta’ Ġnien tal-Pinetum fil-Furjana għat-tgawdija tar-residenti, turisti u viżitaturi.

Il-proġett, li jkopri madwar 60,000 metru kwadru, jinkludi l-introduzzjoni ta’ passaġġi maqtugħin mill-art biex ma jkunx hemm impatt ambjentali.

Dawn se jkunu magħmulin minn ħadid galvanizzat u se jservu bħala passaġġi aċċessibbli għall-mixi, flimkien ma’ sinjali ta’ informazzjoni relatati mal-elementi naturali tal-post. 

Ekonomija

Sport