Sunday, November 2, 2025

10 persuni feruti f’attakk b’sikkina fuq ferrovija fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Żewġ persuni ġew arrestati wara li seħħ attakk terroristiku f’Cambridgeshire fl-Ingilterra. F’dan l-attakk weġġgħu għaxar persuni li skont il-midja internazzjonali hemm disa’ minnhom li huma fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija arrestaw żewġ persuni hekk kif il-ferrovija waqfet fl-istazzjon ta’ Huntingdon.

Dwar il-każ infetħet investigazzjoni biex tistabilixxi ċ-ċirkostanzi u l-mottiv tal-każ.

Il-Prim Ministru Ingliż Keir Starmer f’kummenti lil midja qal li dan l-inċident huwa ta’ tħassib kbir u ħeġġeġ lin-nies isegwu l-pariri tal-awtoritajiet lokali.

Xhieda li kienu fuq il-post u li tkellmu mal-midja qalu li raw xena ta’ nies mimlijin demm jgħajtu li hemm xi ħadd b’sikkina.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport