Sunday, December 22, 2024

10 snin ħabs għal raġel li spara lill-kantanta Megan Thee Stallion

Aqra wkoll

Il-mużiċist Tory Lanez ġie kkundannat 10 snin ħabs hekk kif instab ħatli li spara lill-artista Megan Thee Stallion, li saħansitra kienet ukoll ħabiba tiegħu sa ftit tas-snin ilu, lura fl-2020.

F’Diċembru tas-sena li għaddiet, Lanez, li ismu legali huwa Daystar Peterson, instab ħati fuq tliet akkużi: li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar, talli għamel użu minnha, u talli konsegwenza tal-isparatura l-artista spiċċat indarbet f’saqajha.

Il-prosekuturi kienu talbu biex ir-rapper Kanadiż ta’ 30 sena jiġi kkundannat 13-il sena ħabs. It-tim tad-difiża ta’ Lanez kien appella u sostna li huwa kien jeħtieġ programm residenzjali ta’ trattament tad-droga sabiex ikun ta’ għajnuna għalih biex jegħleb id-dipendenza li għandu fuq l-alkoħol.

Nhar it-Tnejn li għadda, fix-xhieda tagħha Megan qalet li kawża tal-isparatura ħajjitha ma baqgħetx l-istess. Hija qalet ukoll li minkejja li ngħatat u se tibqa’ tattendi għas-sessjonijiet tat-terapija, sostniet li qatt ma tista’ terġa’ tiġi kif kienet qabel.

Ekonomija

Sport