Wieħed mill-karattri li spikka fil-programm televiżiv Love Island Malta li fl-aħħar ġimgħat ħoloq kontroversja sħiħa fuq diversi suġġetti huwa ċertament Nate.
Sa mill-ewwel ġurnata tiegħu fil-villa tal-imħabba, huwa ddikkjara kemm hija importanti għalih bintu u fil-fatt waħda mir-raġunijiet li bħal donnha għamlitielu diffiċli biex jingħaqad f’koppja kienet l-istess raġuni kif ukoll il-fatt li fl-età kien l-ikbar wieħed.
Madankollu ġimgħat wara l-eliminazzjoni tiegħu mill-villa, huwa llum qiegħed jiċċelebra ma’ bintu għeluq sninha u f’ritratt li xerred fl-aħħar ħin huwa kiteb li 10 snin ilu ħajtu nbidlet hekk kif bintu sabet post speċjali f’qalbu.