Sunday, December 22, 2024

10 xhur ħabs wara li seraq darbtejn mill-istess residenza

Aqra wkoll

Andre Frendo ta’ 26 sena ntbagħat 10 xhur ħabs wara li ammetta li seraq flus kontanti f’żewġ okkażjonijiet differenti mill-istess residenza f’Ħal Safi. Il-każi seħħew fl-24 t’Ottubru 2022 u fil-lejl ta’ bejn is-27 u t-28 ta’ Frar 2023.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, l-imputat wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u kkonferma tali ammissjoni anke wara li ngħata żmien opportun biex jaħsibha tant li talab li jitħejja pre sentencing report.

Il-Qorti qalet li kienet taqbel mal-konklużjonijiet tar-rapport imħejji mill-probation officer inkarigata biex issegwih u filwaqt li sabitu ħati tal-akkużi, ikkundannatu piena ta’ għaxar xhur priġunerija.

Il-Qorti rrakkomandat ukoll li Frendo jingħata l-assistenza kollha sabiex ikun jista’ jattendi programm ta’ rijabilitazzjoni fuq id-droga. Għal dan il-għan, tpoġġa taħt ordni ta’ trattament għal żmien sena.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Jonathan Cassar u Doriette Cuschieri.

Ekonomija

Sport