Friday, December 13, 2024

$100 għal dawk li jieħdu l-booster fi New York

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi New York dawk kollha li se jitlaqqmu bil-booster se jkunu qegħdin jingħataw għotja ta’ $100. Dan se jkun qiegħed isir f’tentattiv biex tiġi missielta l-mewġa ta’ każi ġodda tal-varjant tal-Omicron.

Kien is-Sindku Bill de Blasio li ħabbar dan l-inċentiv hekk kif ninsabu biss ftit jiem bogħod mill-attivitajiet relatati mal-aħħar tas-sena. Huwa żied jgħid li dan se jkun l-akbar inċentiv għal dawk li jitlaqqmu fl-Amerika u jixtieq li dan jaqleb il-folja li għaddejjin minnu bħalissa b’rata ta’ 9,297 każ ġdid reġistrati f’jum wieħed.

“Aċċettaw li titlaqqmu. Għinu lill-familji tagħkom ikunu aktar siguri u għinu lil Belt kollha tkun aktar sigura”, kompla Blasio.

Din l-għotja se tkun eleġibbli mill-31 ta’ Diċembru li ġej; li se tkun l-aħħar ġurnata ta’ Blasio fil-kariga.

Intant huwa qal li din id-deċiżjoni tista’ tkun is-soluzzjoni biex ma jkunx hemm bżonn aktar żmien ta’ għeluq hekk kif dan iż-żmien li għaddew minnu kien wieħed devstanti u li għalhekk jeħtieġ li kulħadd jiġbed ħabel wieħed biex ma jerġax ikun hemm bżonn ta’ dan l-għeluq.

Ekonomija

Sport