Illum jaħbat l-1000 jum mill-assassinju tal-blogger Daphne Caruana Galizia u f’dan il-jum l-għaqda mhux governattiva Repubblika ma naqsitx milli tfakkar il-memorja tagħha.
Repubblika fi stqarrija maħruġa minnha sostniet li se tkompli bl-impenn tagħha biex toħroġ il-verità dwar il-qtil u tara li ssir ġustizzja.
Huma tennew jgħidu li se jkomplu dak li bdiet hi u jibqgħu jiġġieldu l-korruzzjoni.