Saturday, December 21, 2024

1,000 uffiċjal tal-Pulizija impenjati fis-sigurtà tal-pajjiż…Għas-summit tal-OSCE involuti l-forzi tal-ordni kollha… It-temp kien l-akbar ostaklu

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-organizzazzjoni tal-akbar konferenza internazzjonali li qatt saret f’pajjiżna, is-Summit tal-OSCE li jagħlaq illum, ilha għaddejja x-xhur iżda f’dawn il-jumejn il-forzi tal-ordni kollha f’Malta kienu impenjati sal-massimu biex jassiguraw is-sigurtà tad-delegazzjonijiet minn 57 stati membri li attendew, kif ukoll dik tal-poplu kollu.

Fil-fatt, għal din is-sigurtà għolja li tibda mill-ajruport, tkompli fit-toroq, fil-lukandi u anke fl-MFCC f’Ta’ Qali fejn qiegħda tittella’ l-konferenza, kienu involuti aktar minn 1,000 uffiċjal tal-pulizija.

Qal dan lil Talk.mt il-Kummissarju tal-Pulizija Angelò Gafa li kien preżenti fil-konferenza fejn ħabbar li l-akbar diffikultà li sabu f’dawn il-jument ta’ konferenzi u laqgħat għolja, kienet biss dik li t-temp ma ppermettix ħafna iżda l-bqija “kollox mar b’wiċċ il-ġid”.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport