Jiem biss qabel l-elezzjoni presidenzjali, l-Istati Uniti rat żieda rekord fil-każi reġistrati f’jum wieħed. L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 100,233 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa.
Dan l-ammont kompla jiżdied għall-ħames darba fi żmien għaxart ijiem u dan hekk kif inqabeż l-ammont ta’ 91,248 każ rreġistrati fil-jum ta’ qabel. B’hekk fl-Istati Uniti kien irreġistrat ir-rekord ta’ każi ġodda f’temp ta’ 24 siegħa madwar id-dinja kollha. L-aktar pajjiż li kien rreġistra każi ġodda f’jum wieħed kien l-Indja li f’Settembru li għadda ra 97,894 każ ġdid.
B’dawn il-każi reġistrati, l-Istati Uniti rat total ta’ disa’ miljun każ u dan jammonta għal kważi tlieta fil-mija tal-popolazzjoni kollha tal-pajjiż. 229,000 persuna tilfu ħajjithom sa mill-bidu tal-pandemija