Monday, December 23, 2024

Liverpool jirbħu l-League Cup għad-disa’ darba

Aqra wkoll

CHELSEA ………0

LIVERPOOL ……0

(Livperool 11-10 bil-pens)

Liverpool rebħu l- League Cup għal rekord ta’ disa’ darbiet meta fil-finali għelbu lil Chelsea 11-10 bl-għoti tal-penalties wara draw ta’ mingħajr goals. 

Kienet partita spetta­kolari tipika ta’ finali li jaf joffri l-football Ingliż fejn il-ballun beda tiela’ u nieżel … biż-żewġ settijiet ta’ players ifallu bosta ċansijiet u biż-żewġ goalkeepers ikunu protagonisti bis-saves determinanti li wet­tqu. 

Ta’ min isemmi li l-ma­nager ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, żamm il-kelma tiegħu biex lagħab il-goalkeeper ta’ riserva, Caoimhin Kelleher, minflok dak regolari Alisson Becker, minħabba li kien strumentali fil-logħbiet ta’ din il- kompetizzjoni dan l-istaġun. 

Fis-76 minuta, Liverpool skorjaw meta mill-free-kick ta’ Trent Alexander- Arnold, Sadio Mane kompla lejn Joel Matip li bir-ras xeħet fix-xibka. Iżda l-VAR ħassar dan il-goal minħabba foul ta’ Virgil van Dijk fuq Reece James li ma kie­nux fl-azzjoni.

Il-partita kellha tmur fil-ħin barrani iżda xorta waħda ma ġietx deċiża biex kellha tmur għall-għoti tal-penalties.

U din damet biex ġiet deċiża meta ngħataw 22 penalty fejn il-goalkeeper Kepa Arrizabalaga, li daħal bħala sostitut fil-post ta’ Edouard Mendy, għolla l-ballun biex falla l-mira … u xeħet lill-players, staff tekniku u fuq kollox lill-partitarji ta’ Liverpool f’dellirju ta’ ferħ!!

Ekonomija

Sport