In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien jiżboq in-numru ta’ persuni li fiequ, hekk kif minn 2,768 swab test kienu reġistrati 102 każi ġdodda filwaqt li fiequ 83 persuna. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi żdied għal 2,086.
Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 22 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom diġà pożittiv għall-Covid-19, seba’ każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol u żewġ każi ta’ persuni li kienu ġew f’kuntatt ma’ każi oħrajn pożittivi, tliet każi relatati ma’ tlaqqigħ soċjali ma’ każi oħrajn pożittivi u disa’ każi impurtati.