Sad-29 ta’ Novembru 2022, kien hemm 104 persuni rreġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri.
Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.
Ir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri jinkludi fih persuni li nstabu ħatja b’pedofelija kif ukoll persuni li wettqu reati oħra kontra minuri.