Saturday, November 2, 2024

107 każi ġodda; Jirkupraw 85 persuna

Aqra wkoll

Mill-2,919-il swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 107 każi ġodda ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 85 persuna li rkupraw mill-virus, biex b’hekk in-numru ta’ każi attivi tela’ għal 1,915.

Bil-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm disa’ każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ persuna pożittiva għall-Covid-19 fil-familja tagħhom, ħames każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, ħames każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ persuni diġà pożittivi għall-Covid-19, żewġ każi importati, u tliet każi minn attivitajiet soċjali.

Sport