Thursday, October 31, 2024

108 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li jirkupraw 121 persuna

Aqra wkoll

Minn 2,870 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 108 persuni pożittivi għall-Covid-19. Dan kien ikkonfermat mill-informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa li turi wkoll li matul l-istess perjodu rkupraw 121 persuna.

Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi issa niżel għal 2,059.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi reġistrati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 32 persuna li kienu infettati bil-Covid-19 wara li ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom li kien diġà pożittiv bil-virus, żewġ każi ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, u tliet każi li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.

Sport