Friday, December 27, 2024

108 każi ġodda, jirkupraw 46, u jmutu żewġ persuni bil-Covid-19

Aqra wkoll

Mija u tmien persuni rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 wara li saru 2,788 swab test matul dawn l-aħħar 24 siegħa. Fl-istess waqt kien hemm 46 persuna li rkupraw, biex in-numru ta’ każi attivi issa jammonta għal 1,553. Fl-istess waqt il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li kien hemm żewġ persuni oħrajn li mietu kaġun tal-Covid-19.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 21 persuna li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom pożittivi għall-Covid-19, 10 każi ta’ trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol, disa’ każi li rriżultaw wara li persuni ġew f’kuntatt ma’ każi oħrajn pożittivi, u ħames każi li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport