Monday, December 9, 2024

1,089 jirreġistraw għax-xogħol f’Ottubru li għadda

Aqra wkoll

FʼOttubru 2024, in-numru taʼ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien taʼ 1,089 biex bʼhekk kien hemm żieda taʼ 130 persuna meta mqabbel mal-istess xahar fl-2023.

Dan ħareġ minn statistika li ġiet ippubblikat mill-NSO fejn qalet li dan it-tagħrif inġabar minn figuri tal-Jobsplus.

FʼOttubru li għadda kien hemm żidiet taʼ 86 persuna u 44 persuna jirreġistraw fl-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru tal-Qgħad, rispettivament. Iż-żidiet fir-reġistrar dehru fil-biċċa l-kbira tal-gruppi tal-età. L-irġiel kienu jgħoddu mat-68.4% taʼ dawk li kienu qegħdin jirreġistraw.

Sena għal sena, kienu rreġistrati żidiet taʼ 47 persuna u 90 persuna fl-għadd taʼ dawk li kienu ilhom jirreġistraw għal anqas minn 21 ġimgħa u għal bejn 21 u 52 ġimgħa, rispettivament. Min-naħa l-oħra, l-għadd taʼ dawk li kienu fuq ir-reġistru għal iżjed minn sena naqas bʼsebgħa.

L-NSO jkompli jirraporta li fʼOttubru 2024, in-numru taʼ persuni bʼdiżabbiltà li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol naqas bʼsitta meta mqabbel mas-sena taʼ qabel, u kien taʼ 234 persuna. L-irġiel kienu jgħoddu 74.4% tal-għadd sħiħ taʼ dawk imniżżlin fir-reġistru tal-qgħad bħala persuni bʼdiżabbiltà.

L-irġiel u n-nisa fuq ir-reġistru tal-qgħad kienu qed ifittxu l-aktar impjiegi taʼ appoġġ klerikali, bʼ27.5% u bʼ40.1%, rispettivament.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport