Friday, November 22, 2024

11-il bajja f’Malta u Għawdex jingħataw il-Blue Flag

Aqra wkoll

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar maħruġa mill-Fondazzjoni għall-Edukazzjoni Ambjentali li 11-il bajja f’Malta u Għawdex ingħataw l-istatus ta’ Blue Flag għal din is-sena. 

Biex il-bajjiet jikkwalifikaw għal dan il-premju prestiġġjuż, għandhom jiġu ssodisfati diversi kriterji ambjentali, edukattivi u oħrajn relatati mas-sigurtà tal-bajja u l-aċċess. 

Il-bajjiet f’Malta li kisbu dan iċ-ċertifikat huma l-Bajja ta’ Buġibba, Fond Għadir f’Tas-Sliema, il-bajja ta’ Golden Sands, il-bajja ta’ Għajn Tuffieħa, il-bajja tal-Mellieħa, Qawra Point, il-bajja ta’ San Ġorġ u ta’ Westin Dragonara f’San Ġiljan.

Il-bajjiet f’Għawdex li ngħataw il-Blue Flag huma il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien, il-bajja ta’ Marsalforn u r-Ramla l-Ħamra. 

Sport