Saturday, December 21, 2024

11-il investigazzjoni bdew mill-apparat ta’ Yorgen Fenech

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Assistent Kummissarju Ian Abdilla żvela kif mill-apparat li l-Pulizja ħadet lil Yorgen Fenech inbdew 11-il investigazzjoni.

Huwa irrimarka dan hekk kif quddiem l-Imħallfin Michael Mallia, Joseph Said Pullicino u Abigail Lofaro kompliet tinstema l-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia li seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2017.

Sa ftit taż-żmien ilu Abdilla kien imexxi t-Taqsima Kontra r-Reati Ekonomiċi imma wara li nħatar bħala Kummissarju Angelo Gafa t-taqsima għaddiet f’idejn l-Assistent Kummissarju Alexandra Mamo.

Meta mistoqsi jaħsibx li kien hemm relazzjoni bejn il-Panama papers u l-qtil, Abdilla sostna li għandu t-teoriji tiegħu dwar għala nqatlet Daphne Caruana Galizia imma mhu lest jitkellem dwarhom fil-miftuħ.

L-Assistent Kummissarju semma wkoll li kieku Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu mistoqsijin dwar l-istrutturi fil-Panama u iddikjarawhom ma jfissirx li huma illegali fihom innifishom.

L-inkjesta pubblika ġiet aġġornata għall-Ġimgħa li ġejja fejn mistenni li jkompli jixhed l-istess uffiċjal tal-Pulizija.

Ekonomija

Sport