Matul il-jum tal-Ħadd feġġew 11-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 26 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li l-każi attivi niżlu għal 130.
It-total ta’ mwiet baqgħu 801 wara li bejn il-Ħadd u t-Tnejn ma kienet irreġistrata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.