Goran Dimovski, ta’ 38 sena mill-Maċedonja residenti Wied il-Għajn, ġie kkundannat 11-il sena ħabs u mmultat €23,000 wara li ammetta li kien rċieva pakkett bid-droga bil-ħsieb li tiġi ttraffikata.
F’April, 2022, huwa kien ħa konsenja ta’ pakkett bil-posta li kien fih 13-il kilo kannabis.
Il-prosekuzzjoni qalet fil-Qorti li d-Dwana kienet irċiviet pakkett li kien fih 13-il kilo kannabis. Spjegat li l-akkużat ġie arrestat malli twassallu l-pakkett fl-indirizz li kien hemm fuq il-pakkett.
Fil-Qorti intqal li l-imputat kien qal li mal-Pulizija li ngħata €1,000 biex jirċievi l-pakkett u li ried jgħaddih lil xi ħaddieħor li ma jafux.
Fuq l-ammissjoni tiegħu, l-Imħallef Neville Camilleri sabu ħati u mal-priġunerija u l-multa, ordnalu jħallas €2,755 fi spejjeż tal-Qorti.


