Niġerjan ta’ 29 sena kien ikkundannat 11-il sena ħabs wara li ammetta flok għadda ġuri li stupra lit-tfajla f’residenza fil-Gżira.
Ogapa Epete kien akkużat li fl-24 ta’ Ottubru 2022 stupra lit-tfajla, uża oġġett biex iwettaq dan ir-reat, żamma kontra l-volontà tagħha u kkaġunalha ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Huwa għażel li jammetti għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu u ntbagħat 11-il sena priġunerija. Huwa kien immultat €1,000 u nħarġet ordni ta’ trattament għal tliet snin biex jingħata kura psikoloġika.
L-Imħallef Neville Camilleri ħareġ ukoll ordni ta’ trażżin għal tliet snin biex jipproteġi lill-vittma u ordna lir-raġel iħallas €3,900 fi spejjeż tal-Qorti.