Thursday, February 20, 2025

1,103 aċċidenti fuq il-post tax-xogħol… l-ebda wieħed fatali

Bejn Lulju u Diċembru tal-2024

Aqra wkoll

Rekords amministrattivi juru li, fl-aħħar sitt xhur tal-2024, kienu rrappurtati 1,103 aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-ebda wieħed ma kien fatali.

Dan ħareġ minn statistika li ġiet ippubblikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika NSO.

L-istatistika tgħid li l-għadd taʼ talbiet għall-Benefiċċju għal Korriment għall-aċċidenti mhux fatali naqas bʼ24, meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023

L-NSO jirraporta li rekords amministrattivi juru li, fl-aħħar sitt xhur tal-2024, kienu rrappurtati 1,103 aċċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol.

L-akbar għadd taʼ dawn l-aċċidenti ġraw fil-qasam tal-Manifattura – 16.3 fil-mija. Il-qasam tal-Kostruzzjoni kellu 145 jew 13.1 fil-mija tat-talbiet għall-Benefiċċju għal Korriment. Dan kien segwit mill-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn – 120 jew 10.9 fil-mija. Kważi terz taʼ dawk involuti kienu neqsin mix-xogħol għal tlett ijiem jew inqas, filwaqt li dawk li kienu neqsin mix-xogħol għal 21 jum jew aktar laħqu t-18.5 fil-mija.

L-NSO jkompli jgħid li fil-perjodu msemmi, il-biċċa l-kbira tal-aċċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol kienu jolqtu ħaddiema fʼimpjiegi elementari. Warajhom, kien hemm il-ħaddiema tas-sengħa. Fejn jidħlu l-etajiet, 26.0 fil-mija taʼ dawn l-aċċidenti kienu jolqtu persuni li kellhom bejn il-35 u l-44 sena. Fiż-żmien mifli minn din l-istqarrija, kważi 70.0 fil-mija taʼ dawk milqutin mill-aċċidenti mhux fatali fuq il-postijiet tax-xogħol kienu Maltin.

Tletin fil-mija tal-korrimenti fuq ix-xogħol kienu jaffettwaw d-Dahar, inkluż is-sinsla tad-dahar u l-għadam tagħha. Il-ġrieħi u l-korrimenti superfiċjali, u t-tfekkik kienu l-aktar tipi komuni taʼ korrimenti, u ammontaw għal 661 u 340 każ, rispettivament.

Fit-tieni nofs tal-2024, 26.4 fil-mija u 23.9 fil-mija tal-aċċidenti fuq ix-xogħol seħħew f’intrapriżi b’50-249 impjegat u b’500 impjegat jew aktar, rispettivament).

Matul l-2024, kienu rrappurtati 689 aċċident mhux fatali għal kull 100,000 persuna li taħdem. L-ogħla rata taʼ inċidenza standardizzata taʼ aċċidenti mhux fatali kienet fil-qasam tal-Manifattura; segwita mill-Kostruzzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport