Wednesday, December 25, 2024

1,103 persuna jiġu deportati fl-ewwel għaxar xhur tal-2024

Aqra wkoll

Matul l-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena, ġew deportati 1,103 persuna. Ir-raġunijiet ta’ tneħħija jvarjaw minn persuni li ma kkwalifikawx għall-ażil, persuni li nstabu jgħixu f’Malta b’mod irregolari u oħrajn li ġew ritornati b’mod volontarju.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Il-Ministru Camilleri qal li jinsab informat li n-nazzjonalitajiet kienu varji, fosthom; Bangladesh, India, Pakistan, Colombia, Albania, Serbia, Mali, Gambia, Nigeria, Chad, u Senegal.

“Ninsab ukoll infurmat li sal-aħħar ta’ Ottubru persuni li waslu b’mod irregolari kienu jammontaw għal 155 persuna filwaqt li fl-istess perjodu ġew ritornati 125 persuna lejn il-pajjiż tal-oriġinu filwaqt li 60 persuna oħra ġew rilokati. Dan ifisser li fl-istess perjodu pajjiżna esperjenza aktar persuni li waslu b’mod irregolari li ħallew il-pajjiż milli waslu,” temm jgħid il-Ministru Camilleri fil-Parlament

Ekonomija

Sport