Mit-3,049 swab test li saru lbieraħ kien hemm 112-il każ ġdid ta’ persuni li rreġistraw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 96 persuna li rkupraw mill-virus. In-numru ta’ każi attivi għaldaqstant issa jammonta għal 1,719.
Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi reġistrati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 15-il każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom li kienu pożittivi għall-Covid-19, disa’ każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi għall-virus, u żewġ każi li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.